It-team Tal-Grazzja ta’ Hal Għaxaq rebaħ il-kompetizzjoni Knock Out 2×2 hekk kif fil-finali li ntlagħbet il-Ħadd filgħodu fil-pitch tal-Msida, għeleb lit-team St Philip ta’ Haż-Żebbuġ bl-iskor ta’ 21-5.
Kif jixhed ir-riżultat, Għaxaq kellhom wirja mill-aqwa biex b’hekk isiġillaw ir-rebħa fuq wieħed mill-aktra unuri importanti tal-Boċċi lokali.
It-team ta’ Għaxaq kien kompost mill-plejers: Noel Axiaq, Damon Grima u Matthew Mizzi.
Fi tmiem il-finali il-president tal-federazzjoni Klabbs tal-Boċċi Clinton John Saliba ippreżenta t-tazza lill-captai ta’ Għaxq Noel Axiaq.
L-attenzjoni issa ddur fuq l-aħħar unur tal-istaġun, il-finali 3X3 (Tal-Anġlu) bejn Birkirkara u Għaxaq li se tintlagħab nhar l-erbgħa 4 ta’ Diċembru fis-6.30pm fil-pitch ta’ Hal Tarxien.