Birkirkara baqgħu bil-mixja pożittiva tagħhom fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni tal-Federazzjoni Boċċi meta f’logħba li ntlagħbet l-erbgħa filgħaxija għelbu lil Cospicua Rangers barra minn darhom bl-iskor ta’ 21 għal 14. Grazzi għal din ir-rebħa il-karkariżi baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika.
Birgu żammew il-pass magħhom meta min-naħa tagħhom rebħu lill-ġirien Bormla bl-iskor ta’ 21 għal 7. B’hekk fil-klassifika Birkirkara għandhom 12-il punt segwieti mill-Birgu punt taħthom. Isegwu fit-tielet post b’disa’ punti Żejtun, li min-naħa tagħhom għelbu lil Santa Venera 21 għal 5.
Birżebbuġa telgħu waħedhom fir-raba’ post tal-klassifika b’rebħa fuq Mosta 21 għal 14.
F’logħob ieħor, Thalassalejn f’darhom għelbu lil Tarxien 21 għal 3 filwaqt li Floriana rebħu lil Santa Luċija bl-iskor ta’ 21 għal 4.
Klassifika (2 Diviżjoni)
Birkirkara 12 -il punt
Birgu 11-il punt
Żejtun 9 punti
Birżebbuġa 8 punti
Bormla 7 punti
Tarxien 7 punti
Cospicua 6 punti
Floriana 6 punti
Sta Lucija 4 punti
Thalassalejn 4 punti
Sta Venera 2 punti
Mosta 1 punt
Fit-tielet diviżjoni Luqa u Kalkara jinsabu fl-ewwel post meta rebħu l-logħbiet rispettivi. Luqa għelbu lil Marsaskala barra minn darhom bl-iskor konvinċenti ta’ 21 għal 3. Kalkara f’darhom rebħu lil San Ġwann 21 għal 11. Fil-klassifika għalhekk Luqa u Kalkara għandhom 12-il punt, punt aktar minn Fgura li min-naħa tagħhom għelbu lil Qrendi 21 għal 17.
F’riżultati oħra: Ħamrun 21-18 Pietà; Kalkara 21-11 San Ġwann; Qormi SĠ 21-4 Valletta SP
Klassifika (3 Diviżjoni)
Luqa 12 -il punt
Kalkara 12 -il punt
Fgura 11 -il punt
Qrendi 8 punti
Qormi SĠ 7 punti
Ħamrun 6 punti
San Ġwann 4 punti
Valletta SP 3 punti
Marsaskala 1 punt
Pieta’ 1punt