Meta l-erbgħa filgħaxija intemm il-kampjonat tat-2 Diviżjoni tal-Federazzjoni Boċċi, fil-logħba l-aktar mistennija Birgu għelbu lil Birkirkara 21-11 biex spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika. Il-logħba kienet qed tlaqqa’ liż-żewġ timijiet li matul l-istaġun kienu fi dwell bejnithom għall-ewwel pożizzjoni.
Dan ifisser li issa huma magħrufa l-fixtures tal-play offs għar-rebħ tal-kampjonat:
Birgu vs Birżebbuġa
Birkirkara vs Bormla
Intant logħba oħra importanti kienet dik min-naħa t’isfel tal-klassifika bejn Mosta u Sta Venera. Iż-żewġ timijiet kellhom 5 punti kull wieħed u l-konfront ta’ bejnithom kellu jiddetermina min minnhom jisfa’ relegat għat-3 diviżjoni. Kienu Mosta li ħarġu rebbieħa 21-17 biex b’hekk żammew posthom fit-2 Diviżjoni.
Riżultati kollha tal-aħħar ġurnata:
Birgu 21-11 Birkirkara
Birżebbuġa 20-21 Cospicua Rangers
Sta Lucia 4-21 Tarxien
Żejtun 17-21 Thalassalejn
Sta Venera 17-21 Mosta
Bormla 21-1 Floriana