“Bniedem b’qalb kbira li meta tmur tkellmu dejjem b’daħka sinċiera.” Hekk iddeskriviet lil ħuha oħt Darren Borg, il-ġuvni li tilef ħajtu traġikament il-Ħadd li għadda wara li waqa’ waqt li kien qed jistad fiż-żona ta’ Għar id-Dwieb fl-Imtaħleb.
Filwaqt li oħtu l-oħra stqarret fuq il-midja soċjali: “Tlaqtna kiesaħ u biered. Ħallejtna bla kliem. Kont bniedem tal-affari tiegħek u dejjem bi tbissima fuq xufftejk. Dejjem kont hemm għalina u dejjem tipprova tgħin fejn tista’.”
Il-funeral ta’ Darren se ssir, il-Ħamis li ġej fis-2:00 ta’ waranofsinhar fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tal-Madonna ta’ Lourdes.
Il-familja qed titlob li minflok fjuri jingħataw donazzjonijiet lid-Dar tal-Providenza.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/02/11/bqajna-nittamaw-li-ma-kienx-hu-il-kollegi-ta-darren-borg/
http://www.one.com.mt/2020/02/09/operazzjoni-ta-salvatagg-fhad-dingli-6/