“B’negliġenza kważi qtilt lil xi ħadd hekk kif fil-mument li l-vettura baqgħet dieħla fil-ħġieġ tar-ristorant kienet għaddejja familja b’pushchair.”
Hekk kitbet sid ristorant f’San Ġiljan wara li vettura li kienet ipparkjata ma kelliex il-handbrake mgħolli bil-konsegwenza li qasmet it-triq u baqgħet dieħla fil-ħġieġ ta’ ristorant fejn kien bi żbrixx li ma laqtitx familja li kienet għaddejja proprju f’dak il-ħin.
L-istess mara kitbet kif meta kellmet lix-xufier tal-vettura, qaltlu b’dak li ġara u li b’negliġenza tiegħu setgħet seħħet traġedja iżda minflok skuża ruħu ta’ dak li seħħ infexx f’kummenti ta’ tgħajjir tant li kważi spiċċa fl-idejn.
Hi rringrazzjat lill-Pulizija hekk kif intervjenew fil-ħin u kif ħadu azzjoni kontra l-individwu.