Il-produtturi tal-vetturi BMW se jagħlqu l-ħanut tal-manifattura fir-Renju Unit immedjatament wara Brexit għal diversi ġimgħat minħabba riskju fis-settur li se jġibu magħhom in-negozjat ‘fjakki’ li qed isiru bejn l-U.E u r-Renju Unit. Iż-żona tal-manifattura f’Oxford, l-Ingilterra, mhux se tkun qed tipproduċi karozzi ġodda għal minn tal-inqas xahar mid-29 ta’ Marzu li ġej, il-jum li fih il-proċess Brexit ikun tlesta għal kollox.