L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin esprima s-sodisfazzjon lejn l-abozz ta’ liġi li ressaq il-Gvern dwar il-malafama u tal-istampa.
Meta membri tal-Istitut iltaqgħu mal-Ministru Owen Bonniċi u Evarist Bartolo, l-President tal-Istitut Karl Wright stqarr li ma tistax ma tkunx pożittiv quddiem il-fatt li liġi qed tipproponi tneħħija tal-libell kriminali, li jdaħħal il-kunċett ta’ medjazzjoni, xi ħaġa li kienet proposta mill-Istitut stess.
Wright laqa l-proposta li isem l-editur ta’ portals onlajn ikunu reġistrati u jemmen li jista’ jkun hemm diskussjoni dwarha biex jitranġaw affarijiet żgħar. L-istitut propona li għandu jkun hemm sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-ġurnalisti biex ikollhom idea ċara.
Min-naħa tagħhom il-Ministri laqgħu l-proposti li qed isiru bħala parti mill-konsultazzjoni publika u sostnew li l-għan tal-Gvern hu li tissaħaħ il-liberta tal-espressjoni.