Valletta Breakwater huma r-rebbieħa tan-National Easter Cup organizzata mill-Malta Blackball Federation meta fil-finali li saret fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara għelbu lir-rivali Ħamrun 147 A 11-2.
Kif jindika l-iskor, it-tim mill-kapitali fetaħ vantaġġ sostanzjali sa mill-bidu u baqa’ għaddej jirbaħ frame wara l-ieħor bil-Ħamruniżi li żgur ma kinitx il-ġurnata tagħhom.
B’hekk it-tim immexxi minn Adrian Camilleri u Ismael Hatherly seta’ jgħolli t-tazza tal-Għid ippreżentata lilhom mill-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt.
Din kienet it-tielet finali li saret f’temp ta’ tlett ijiem wara li aktar qabel Juve Birkirkara A rebħu l-Community Easter Trophy filwaqt li Ħamrun 147 D rebħu r-Regional Easter Trophy.