Sittax-il plejer għamluha għall-fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta organizzat mill-Malta Blackball Federation meta matul dawn il-jiem kien hemm il-fażi ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni.
John Lombardo kiseb l-akbar rebħa meta ftit sab diffikulta’ sabiex għeleb lil Lorna Micallef 7-0.
Rebħiet tajba kisbuhom ukoll Liam Mifsud, Joseph Tabone u Antoine Schembri li għelbu bl-iskor identiku ta’ 7-1 lil Xylon Aquilina, Duncan Pisani u Alexia Cassano rispettivament.
Mill-banda l-oħra, kien hemm logħba ferm interessanti bejn Roberta Cutajar u Neil Fenech b’tal-ewwel tirbaħ 7-5.
Dawn kienu r-riżultati l-oħra mir-round ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni ferm prestiġġjuża tal-bidu tal-istaġun:
Donna Bugeja – Nick Muscat 2-7
Deacon Formosa – Brian Grech 4-7
Raymond Caruana – Ana Thomas 7-3
Jesmond Schembri – Antoine Aquilina 7-3
Philip Coleiro – Ivan Rizzo 7-3
Casdy Vella – Kurt Pace 3-7
Jason Micallef – Christ Mills 2-7
Clydon Attard – Steven Muscat 2-7
Daniel Vella – Matthias Debono 7-5
Kevin Schembri – Wedley Zammit 7-0.