Roberta Cutajar baqgħet iżżomm ir-rekord perfett tagħha fil-kampjonat nazzjonali tan-nisa organizzat mill-Malta Blackball Federation meta ntlagħbet it-tielet ġurnata ta’ logħob fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.
Cutajar lagħbet żewġ logħbiet fejn rebħet 6-4 kontra Caroline Grech u 6-0 kontra Triziane Farrugia.
Fit-tieni post tal-klassifika hemm Donna Bugeja li kisbet żewġ rebħiet ferm importanti sabiex tissielet għat-titlu finali. Hu għelbet lil Vanessa Tedesco 6-1 u Ana Thomas 6-2.
Alexia Cassano wkoll kellha ġurnata pożittiva hekk kif rebħet bl-iskor identiku ta’ 6-0 lil Triziane Farrugia u Marie Claire Dimech rispettivament sabiex issa tinsab fit-tielet post.
Il-logħob ikompli fl-24 ta’ Mejju li ġej meta Lorna Micallef tilgħab żewġ logħbiet kontra Marie Claire Dimech u Vanessa Tedesco.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI FEMMINILI TAL-BLACKBALL
Roberta Cutajar 15, Donna Bugeja 13, Alexia Cassano 12, Caroline Grech, Ana Thomas 7, Lorna Micallef, Triziane Farrugia, Mariee Claire Grech 3, Vanessa Tedesco 1.