It-team nazzjonali malti ta’ taħt it-tmintax -il sena rebaħ il-Kampjonat Ewropew U18 meta fil-finali għeleb lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 13-12.
It-team malti kien iffurmat mill-plejers: Jake Castaldi, Steven Muscat , Chaylon Castaldi, , Nick Muscat, Nordai Desirau Haydn Magro. Huma kienu immexxija mill-kowċ Roderick Tanti.
Dan is-suċċess wasal ftit wara r-rebħ tal-kategoriji individwali U15 u U18, li jikkonferma l-potenzjal qawwi li għandha l-logħba tal-Blackball fost is-settur taż-żgħażagħ f’Malta.
Sadanittant dejjem fil-kategorija tat-timijiet kien hemm stennija għall-finali tal-Men’s A. Hawnhekk it-tim Malti ġie megħlub mill-Ingilterra 13-10. Il-Maltin bdew bi żvantaġġ ta’ 5-0 iżda bil-mod il-mod bdiet ir-rimonta fejn ħin minnhom l-iskor kien 12-10. Minkejja kollox, l-Ingliżi rebħu l-frame deċiżiv sabiex saru champions Ewropej.
F’finali oħra fl-aħħar ġurnata ta’ logħob, it-tim B1 ta’ taħt il-15-il sena safa’ megħlub mill-Ingliżi 8-3.
It-team malti U18 jiċċelebra s-suċċess miksub fil-Kampjonat Ewropew