Hekk kif it-timijiet nazzjonali tal-Blackball se jmorru lejn Bridlington għat-tazza tan-nazzjonijiet 2024, il-Federazzjoni Maltija tal-Blackballħatret lil Malcolm Parnis bħala l-kowċ tas-Seniors. Hu se jkun qed jieħu post Ismael Hatherly li kellu jirriżenja minħabba emerġenza familjari.
Parnis għandu esperjenza fil-Blackball lokali hekk kif mexxa lil Ħamrun 147 B għal dawn l-aħħar tliet staġuni filwaqt li għen lit-tim jirbaħ it-tazza tal-Għid 2023.
It-tim tas-Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena hu kompost minn Rudolph Gellel, Antoine Schembri, Chris Tabone, Lee Grima, Joseph Tabone u Kevin Schembri u se jkun qed jieħu sehem flimkien mat-timijiet tal-kategoriji l-oħra li se jirrappreżentaw lil pajjiżna f’dan it-tournament prestiġġjuż fl-Ingilterra.