Ic-champions renjanti Lydan Debono u Clint Azzopardi irnexxielhom jiddefendu t-titlu li rebħu f’ Bridlington l-Ingilterra fl-2018.
Dan hekk kif fil-kampjonati tad-dinja li qed isiru f’Albi Franza huma għelbu lill-koppja Maltija Leon Azzopardi u Owen Amato 4-1 fil-finali.
Din kienet finali kollha Maltija bejn erba’ plejers li nistgħu nsejħulhom bħala l-aqwa fix-xena lokali.
L-ewwel frame intrebaħ minn Amato u Azzopardi li fetħu tajjeb iżda fit-tieni frame Lydan Debono u Clint Azzopardi wettqu reazzjoni u kisbu l-frame tad-draw.
Ir-raba’ frame kien l-iktar wieħed twil fejn il-plejers kienu ferm metodiċi u fejn Debono u Azzopardi żiedu l-vantagg tagħhom għal 3-1. Kwarta wara, huma għalqu l-ħames frame sabiex rebħu 4-1.
Intant aktar suċċessi waqt l-istess kampjonati. L-aħwa Castaldi Jake u Chaylon huma c-champions tad-dinja tal-blackball fil-kategorija doubles ta’ taħt il-ħmistax-il sena wara li għelbu lill-koppja Franċiża 3-0 fil-finali.
Fl-ewwel frame huma ftit taw ċans lil avversarji li jidħlu f’dan il-konfront.
L-aħwa Castaldi ikkontrollaw tajjeb it-tieni frame sabiex fit-tielet wieħed huma żammew il-konsistenza sat-tmiem.
Rekord storiku għal Malta!