Se jkunu Leon Azzopardi u Johan Attard li se jikkontestaw il-finali taċ-champion ta’ Malta 2024 wara li kisbu rebħiet tajbin fis-semifinali li lagħbu.
Leon Azzopardi iddomina l-logħba tiegħu kontra Mevrick Zammit tant li rebaħlu 9-3. Hu kien fil-kontroll tas-sitwazzjoni f’ħafna mill-konfront sabiex b’hekk se jkun qed jikkontesta t-tieni finali konsekuttiva.
Mill-banda l-oħra, Johan Attard kompla jżomm il-konsistenza li beda biha tul din is-sena u għeleb l-isfida taċ-champion renjanti Dejan Grech 9-4. Attard kien determinat li jasal sal-finali u kien preċiż fil-frames li lagħab sabiex rebaħ b’mod meritat.
Il-finali bejn Leon Azzopardi u Johan Attard se ssir illejla fit-8.30pm.