Jojo’s Birżebbuġa resqu viċin il-leaders Cospicua Rangers meta f’logħba ferm interessanti mill-kampjonat nazzjonali tal-Blackball huma għelbu lil Selmun Sports Club A 11-8. Mill-banda l-oħra, f’logħba bejn żewġ timijiet mill-istess klabb, Ħamrun 147 C għelbu lil Ħamrun 147 B 11-4.
Qormi Anici Boys baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat reġjonali wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Qormi Anici Lions 11-3.
Birkirkara Boċċi kellhom rebħa dominanti ta’ 11-0 kontra Birkirkara Juve filwqt li San Ġwann Tiki Taka A kisbu rebħa prezzjuża ta’ 11-7 kontra Cospicua Rangers B.
F’sezzjoni A tal-Commuity League, San Ġwann Tiki Taka C resqu viċin il-leaders PL Balzan wara li rebħulhom 11-5. Selmun Sports Club B kisbu rebħa identika kontra Żebbuġ St Joseph.
PL Floriana u Qormi Anici Cappadocia kisbu rebħiet identiċi ta’ 11-9 kontra Attard Scorpions u Siġġiewi Montekristo rispettivament.
Finalment f’sezzjoni B tal-Community League, Valletta Fossa Boys baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika hekk kif għelbu lil Selmun Sports Club C 11-3.
Mrieħel Billiard House u Qormi Anici Calleja Ltd kisbu rebħiet importanti kontra Gżira Titans (11-7) u San Ġwann Tiki Taka D (11-4) rispettivament.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI
Cospicua Rangers 21, Ħamrun 147 A 19, Jojo’s Birżebbuġa 18, Ħamrun 147 C 13, Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A 12, San Ġwann Boċċi 4, Domus Kids Zejtun 0
KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI
Qormi Anici Boys 24, Qormi Pinto, San Ġwann Tiki Taka A, Birkirkara Boċċi 20, San Ġwann Tiki Taka B 15, Cospicua Rangers B 12, Qormi Anici Stars 9, Qormi Anici Lions 6, Birkirkara Juve 0.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A
PL Balzan 22, San Ġwann Tiki Taka C 21, Siġġiewi Montekristo, Qormi Anici Cappadocia 13, Zebbuġ St Joseph 12, Selmun Sports Club B 10, PL Floriana 8, Attard Scorpions 4.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B
Valletta Fossa Boys 22, Qormi Anici Calleja Ltd 19, San Ġwann Tiki Taka D 13, Qormi San Bastjan Boċċi 10, Selmun Sports Club C 7, Gzira Titans 4, Mrieħel Billard House 3.