Ilbieraħ it-timijiet Maltin kienu fl-azzjoni għall-ewwel darba fit-tazza tan-nazzjonijiet tal-Blackball li qed issir fil-belt Ingliża ta’ Bridlington fejn huma rebħu ħamsa mit-tmien konfronti li lagħbu.
It-tim tal-irġiel beda tajjeb meta għeleb lill-Ġibilta’ 21-4 għalkemm tilef kontra l-Irlanda ta’ Fuq 13-12.
It-tim B tal-irġiel safa’ megħlub mill-Awstralja 13-12 f’logħba fejn kienu sfortunati li ma ħadu l-ebda punti minnha.
Il-Masters bdew bl-aħjar mod possibbli wara riżultat konvinċenti ta’ 18-7 kontra Ġibilta’ filwaqt li kien hemm iż-żewġ timijiet tas-Seniors li wkoll kienu fl-azzjoni. Fil-fatt it-tim A tilef 13-12 kontra l-Irlanda ta’ Fuq għalkemm rebaħ 16-9 kontra l-Afrika t’Isfel. Min-naħa l-oħra, it-tim B rebaħ 19-12 kontra l-Irlanda u 14-11 kontra Wales.
Illum tintlagħab it-tieni ġurnata b’dan il-programm ta’ logħob:
9:00 – Masters – Malta A vs Skozja A
9:00 – Seniors – Belġju A vs Malta A
9:00 – Irġiel – Malta B vs Skozja B1
9:00 – Irġiel – Malta A vs Wales A
12:00 – Seniors – Belġju B vs Malta B
15:00 – Irġiel – Malta B vs Irlanda ta’ Fuq B
15:00 – Seniors – Malta A vs Skozja A
15:00 – Masters – Irlanda A vs Malta A
18:00 – Irġiel – Ingilterra A vs Malta A
21:00 – Masters – Malta A vs Shetland A