It-tim nazzjonali Malti tal-Blackball dalgħodu telaq lejn il-belt Ingliża ta’ Bridlington sabiex jipparteċipa fl-EBA Blackball Nations Cup 2023. Din il-kompetizzjoni se tintlagħab bejn is-26 u l-31 ta’ Marzu.
Malta se jkollha żewġ timijiet tal-irġiel. Is-sitt plejers li se jirrappreżentaw lil Malta fil-Men’s huma Claudio Cassar, Owen Amato, Gary Carr, Johan Attard, Mevrick Zammit u Stephen Mangion. Il-kowċ huwa Clevion Micallef.
It-tim tas-Seniors hu magħmul minn Jesmond Schembri, Clint Grima, Christopher Demicoli, Conrad Catania, Lee Grima, u Antoine Aquilina. Il-kowċ se jkun Philip Gatt li hu wkoll president tal-Malta Blackball Federation u li se jkun qed imexxi d-delegazzjoni.