It-tim tal-irġiel B baqa’ jżomm ir-rekord perfett fit-tazza tan-nazzjonijiet 2024 li qed issir fi Bridlington meta kisbu ħames rebħiet minn daqstant logħbiet.
Ilbieraħ it-tim immexxi minn Philip Gatt kiseb rebħiet kbar kontra l-Awstralja B 19-2 u kontra l-Belġju B 20-1 sabiex baqa’ għaddej bl-aqwa mod possibbli f’dawn il-kampjonati.
Sadanittant f’aktar logħbiet li kellna lbieraħ, it-tim ta’ Men’s A kellu riżultati mħallta hekk kif wara li rebaħ lil Wales A 13-12, tilef il-logħba ta’ filgħaxija kontra l-Iskozja 13-11.
Mill-banda l-oħra, it-tim tas-seniors kellu rebħa kontra l-Awstralja 21-4 għalkemm tilef 14-11 kontra l-Ingilterra.
Anke t-tim tal-masters ma kellux xi ġurnata pożittiva meta tilef 16-9 kontra Wales u 13-12 kontra l-Irlanda.
Fl-istess waqt kompla l-logħob individwali b’żewġ plejers Maltin li tilfu l-konfronti rispettivi tagħhom mill-fażi tal-aħħar sittax.
Lee Ryan Darmanin tilef 5-3 kontra Kyle Cope u Clayton Castaldi tilef bl-istess skor kontra Matt Barcock.
Sadanittant il-logħob tat-timijiet ikompli llum b’dan il-programm (ħinijiet lokali)
10:00 – Malta Men’s B vs Ingilterra B1
10:00 – Malta Masters vs Ingilterra
15:00 – Malta Men’s A vs Belġju A
15:00 – Malta Men’s B vs Irlanda ta’ Fuq B1
15:00 – Malta Seniors vs Wales
15:00 – Malta Masters vs Ġibilta’
20:00 – Malta Men’s A vs Irlanda.