Il-Malta Blackball Federation bdiet l-istaġun tagħha tat-timijiet hekk kif bħalissa qed jintlagħbu n-National u r-Regional Knock-out fejn diġa’ ħarġu xi verdetti.
Sadanittant intlagħbu l-kwarti tal-finali tan-National Knock-Out fejn San Ġwann Nicks, Ħamrun 147 A u Cospicua Rangers kisbu l-kwalifikazzjoni għas-semifinali.
San Ġwann Nick’s għelbu lil Domus Kids Żejtun 21-18 filwaqt li Ħamrun 147 A għelbu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun 147 B 21-17. Fl-istess waqt, Cospicua Rangers iddominaw il-konfront tagħhom kontra Ħamrun 147 C hekk kif rebħu 21-5.
Għada tintlagħab l-aħħar kwarti tal-finali meta Jojo’s Birżebbuġa jilagħbu kontra Selmun Bar Sports Club wara li fl-ewwel leg rebħulhom 12-8.
Fir-Regional Knock-Out, erba’ timijiet għaddew għas-semifinali li tnejn minnhom kienu ferm missielta.
L-iktar logħba inċerta u eċitanti kienet dik bejn Birkirkara Boċċi u Qormi Anici Boys fejn kienu dawn tal-aħħar li rebħu 23-21.
Anke San Ġwann Tiki Taka A kellhom jitħabtu sabiex għelbu lil Qormi Pinto 21-19 filwaqt li San Ġwann Tiki Taka B u Selmun Bar kellhom wirja dominanti u rebħu lil Juve Birkirkara (21-9) u Gżira Titans (21-8) rispettivament.