Ħamrun 147 kisbu tripletta ta’ suċċessi matul dan l-istaġun 2023/24 meta lbieraħ rebħu s-Super Cup tal-Blackball. Fil-finali huma għelbu lir-rivali Cospicua Rangers 14-11. B’hekk il-Ħamruniżi żiedu t-tielet tazza tal-istaġun wara li aktar qabel rebħu l-kampjonat u t-Tazza tal-Milied.
Il-Bormliżi bnew vantaġġ ta’ 4-0 fil-bidu tal-logħba iżda Ħamrun 147 bdew ġejjin bil-mod il-mod tant li dawru l-iskor favurihom.
Cospucia Rangers dejjem żammew il-pass mal-avversarji u kien biss fl-aħħar li ċedew l-armi wara li Ħamrun rebħu l-aħħar żewġ frames.
L-uffiċjal għal-logistika tal-Malta Blackball Federation Teemor Mifsud ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Ħamrun 147 Clayton Castaldi.