Ħamrun 147 A huma ċ-champions tan-National knock-out 2022 meta fil-Fuego Speakeasy Arena huma għelbu lil Valletta Breakwater 11-5.
Kien konfront fejn il-Ħamruniżi ddominaw għal ħafna mill-ħin u għalkemm il-Beltin dejjem naqqsu l-marġni tal-iskor, kien diffiċli għalihom li jilħqu lill-avversarji li kienu ferm motivati li jiksbu r-rebħa finali.
It-tim mill-Ħamrun kien kompost minn Clayton Castaldi, Mevrick Zammit, Philip Coleiro, Stephen Mangion, Leon Azzopardi, Gary Carr, Owen Amato u Anton Cuschieri filwaqt li għal Valletta Breakwater lagħbu Clint Azzopardi, Clint Grima, Lydan Debono, Jesmond Schembri, Lee Grima, Luke Said u Scott Muscat bit-tim ikun immexxi minn Adrian Camilleri u Ishmael Hatherly.
Fi tmiem il-konfront, l-uffiċjal Christopher Busuttil ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Ħamrun 147 A Leon Azzopardi.