Ilbieraħ intlagħbu sett ta’ ħames finali mit-tieni turnew ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2025.
F’finali ferm eċitanti mill-kategorija tal-irġiel, Clayton Castaldi għeleb lil Leon Azzopardi 10-9. Din kienet logħba fejn Azzopardi kien fil-vantaġġ fl-ewwel parti, iżda dejjem sab lil Castaldi ippreparat jirrispondi u jġib l-iskor indaqs. Fl-aħħar parti kien l-istess Clayton Castaldi li daħħal il-boċċa rebbieħa.
Fil-finali tas-seniors, Lee Grima għeleb lil Duncan Edwards 10-6 filwaqt li Antoine Aquilina kiseb suċċess fil-Masters 50+ wara rebħa ta’ 9-6 kontra Brian Grech.
Fil-kategorijat ta’ taħt il-15-il sena, Jake Castaldi għeleb lil Denzel Falzon 9-5 bil-finali ta’ taħt it-23 sena bejn Casdy Vella u Matthias Debono li se tintlagħab nhar il-Ġimgħa li ġej.