Cospicua Rangers telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball wara li ddominaw il-konfront tagħhom kontra Domus Kids Zejtun tant li rebħu 11-0.
Il-Bormliżi kienu ferm preċiżi fil-logħob tagħhom biż-Żwieten li ftit setgħu jagħmlu fil-ġurnata. Ħamrun 147 B għelbu lil Ħamrun 147 A 11-8 filwaqt li kien hemm konfront bilanċjat bejn Ħamrun 147A u Jojo’s Birżebbuġa li spiċċa fi draw ta’ 10-10.
Qormi Anici Boys baqgħu konsistenti fil-Kampjonat Reġjonali għalkemm ftit sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Qormi Anici Stars 11-9.
It-tim fit-tieni post Qormi Pinto sfaw megħluba minn Cospicua Rangers B 11-6 filwaqt li San Ġwann Tiki Taka A u Birkirkara Boċċi ħadu punt kull wieħed wara draw ta’ 10-10.
F’sezzjoni A tal-Community League, il-leaders PL Balzan għandhom erba’ punti vantaġġ fuq it-tieni tim San Ġwann Tiki Taka C hekk kif għelbu lil Qormi Anici Cappadocia 11-8. L-istess tim minn San Ġwann għeleb lil PL Floriana 11-8 u bi skor identiku Siġġiewi Montekristo għelbu lil Selmun Sports Club B.
Attard Scorpions u Zebbuġ St Joseph spiċċaw fi draw ta’ 10-10.
F’sezzjoni B tal-Community League, Valletta Fossa Boys baqgħu kmandi assoluti tal-klassifika wara skor ta’ 11-4 kontra Gzira Titans. Mill-banda l-oħra, Qormi San Bastjan Boċċi u San Ġwann Tiki Taka D kisbu rebħiet fuq Qormi Anici Calleja (11-8) u Mrieħel Billiard House (11-5)
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI
Ħamrun 147 A 19, Cospicua Rangers 21, Jojo’s Birżebbuġa 15, Ħamrun 147 B 12, Ħamrun 147 C 10, Selmun Sports Club A 9, San Ġwann Boċċi 4, Domus Kids Zejtun 0
KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI
Qormi Anici Boys 21, Qormi Pinto 20, San Ġwann Tiki Taka A, Birkirkara Boċċi 17, San Ġwann Tiki Taka B, Cospicua Rangers B 12, Qormi Anici Stars 9, Qormi Anici Lions 6, Birkirkara Juve 0.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A
PL Balzan 22, San Ġwann Tiki Taka C 18, Siġġiewi Montekristo 13, Qormi Anici Cappadocia 10, Zebbuġ St Joseph, Selmun Sports Club B 7, PL Floriana 5, Attard Scorpions 4.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B
Valletta Fossa Boys 19, Qormi Anici Calleja Ltd 16, San Ġwann Tiki Taka D 13, Qormi San Bastjan Boċċi 10, Selmun Sports Club C 7, Gzira Titans 4, Mrieħel Billard House 0.
