Birkirkara Boċċi telgħu fir-raba’ post tal-klassifika meta fl-unika logħba li kellna mir-Regional Blackball League huma għelbu lil Cospicua Rangers B 11-4.
Il-Karkariżi kienu ferm preċiżi fil-kolpi tagħhom sabiex b’hekk kisbu r-raba’ rebħa staġjonali u jinsabu seba’ punti bogħod mill-quċċata.
F’sezzjoni A tal-Community League, il-leaders baqgħu PL Balzan li minkejja kollox ma kinux fl-azzjoni. Sadanittant, Siġġiewi Montekristo telgħu fir-raba’ post tal-klassifika u laħqu lil Qormi Anici Cappadocia wara li għelbu lil Attard Scorpions 11-6. Rebħa tajba kisbuha wkoll Zebbuġ St Joseph li għelbu lil PL Floriana 11-9.
F’sezzjoni B tal-Community League, Valletta Fossa Boys laħqu lil Qormi Anici Calleja Ltd f’ras il-klassifika hekk kif rebħu 11-3 kontra San Ġwann Tiki Taka D. Rebħiet tajbin kisbuhom ukoll Selmun Sports Club C u Qormi San Bastjan Boċċi wara li għelbu lil Gzira Titans (11-8) u Mrieħel Billiard House (11-2) rispettivament.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI
Ħamrun 147 A 19, Cospicua Rangers 18, Jojo’s Birżebbuġa 14, Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A , Ħamrun 147 C 9, San Ġwann Boċċi 4, Domus Kids Zejtun 0
KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI
Qormi Pinto 20, Qormi Anici Boys 18, San Ġwann Tiki Taka A 18, Birkirkara Boċċi 13, San Ġwann Tiki Taka B 12, Cospicua Rangers B 9, Qormi Anici Lions 6, Qormi Anici Stars 3, Birkirkara Juve 0.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A
PL Balzan 19, San Ġwann Tiki Taka C 15, Qormi Anici Cappadocia , Siġġiewi Montekristo 10, Zebbuġ St Joseph 9, Selmun Sports Club B 7, PL Floriana 5, Attard Scorpions 4.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B
Qormi Anici Calleja Ltd, Valletta Fossa Boys 16, San Ġwann Tiki Taka D 10, Qormi San Bastjan Boċċi, Selmun Sports Club C 7, Gzira Titans 4, Mrieħel Billard House 0.