Ġuvni ta’ dsatax-il sena tressaq il-qorti akkużat li kisser sitt karozzi biex seraq minnhom muniti li b’kollox ammontaw għal valur t’ inqas minn għaxar ewro.
Justin Mamo, li mgħandux saqaf fuq rasu u mgħandux impjieg, kien arrestat fi triqtu mill-Marsa, fejn kisser il-karozzi, għaċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana, fejn kien se jmur idewwi idu mill-qtugħ tal-ħġieġ.
Il-Maġistrat semgħet kif iż-żagħżugħ tpoġġa t’eta zgħira f’ dar għat-tfal minn ommu wara li missieru miet b’ overdose. Huwa wkoll mifhum li Mamo għandu l-vizzju tad-droga.
Huwa wieġeb mhux ħati li wettaq danni volontarji, li seraq u li offenda l-uffiċjali tal-pulizija.
F’ ħin minnhom fl-awla l-akkużat qabad jiġġieled mal-avukat u insista li flok il-ħabs ipprefera jmur l-isptar Montel Carmeli, iżda pronta kienet il-Maġistrat li qaltlu li hu ma jiddeċiedi xejn.
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi diffiċli ta’ Mamo, l-maġistrat poġġietu taħt probation u supervizjoni għat-tlett snin li ġejjin, biex b’hekk flok mar il-ħabs għal erba’ snin, se jkollu uffiċjal li jieħu ħsiebu.Manakollu widdbitu li jekk jerġa’ jisraq, jispiċċa fiċ-ċella.