Id-Deputat Mexxej Chris Cardona qal li Simon Busuttil imdorri jispara bl-addoċċ, u llum ibbaża ruħu fuq invenzjoni li daħħlitu f’ħajt.
Qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni u seħbitu qed jigdbu, u fakkar li tranżazzjonijiet bankarji huma traċċabbli bl-Iswift u l-IBAN.
“Jekk tittoppja il-mobile b’ħames ewro u tuża l-bank biex tagħmel tranżazzjoni, dik tibqa hemm għal 40 sena” spjega Caronda bħala eżempju.
Dan kollu juri d-disprament politiku ta’ Simon Busuttil. Ilbieraħ f’hin minnhom qal li l-ownership ta’ Egrant huwa sekondraju u kwistjoni irreleavnti. Dan wara li ilu jispjekola u jitfa tiben fuq in-nar għal iktar minn sena.
Dan huwa riżultat tat-taħwid ta’ informazzjoni li qed toħrog minn Daphne Caruana Galizia u sħabha. Per eżempju, Caruana Galizia qalet li dokumenti ħarġu mill-bank Pilatus sena ilu.
Min-naħa l-oħra simon Busuttil, NET TV u sħabu qed jgħidu li d-dokumenti ħarġu fil-bagalji. Cardona qal li hemm inkjesta għaddejja, u li dalgħodu xehedu l-Prim Ministru, Michelle Muscat u ċ-chief of staff tal-Prim Minsitru.
F’dan l-istadju, l-inkjesta għandha tieħu s-serenità u l-ħin tagħha. Julia Farrugia qalet li Simon Busuttil falla l-ikbar test politiku li kellu f’dawn l-aħħar erba’ snin. It test fallieh mal-poplu Malti li quddiemu kellu jressq prova għal dak li qed jallega.
Farrugia osservat li l-politika qed tintuża bħala ballun politiku u li hemm pattern li wieħed ma jistax ma josservax minn naħa tal-PN, fix xhur li jkunu se jwasslu għall-elezzjoni generali.
“Min bħali kien jaħdem f’bank huwa xi haħa inaċċettabbli u ma tistax titwemmen” qalet Farrugia għal li qed jgħid Simon Busuttil.
“Tranżazzjoni għandha retention period li jitla sa’ 40 sena skont il liġijiet finanzjarji tal pajjiż. Jekk il-PN huwa tant konvint li għaddiet tranżazzjoni daqshekk goffa ta’ flus, din tinstab”.
Żiedet tgħid li fil-PN tiġi fid-dubju min hu l-kap. Jekk hux Simon Busuttil inkella persuna oħra li tfajjar bl-addoċċ stejjer u novelli… issa ta’ Michelle Muscat hija teorija ġdida.
Il-poplu jistenna li Simon Busuttil jerfa’ responsabilità għax qed jaspira li jkun Prim Ministru tal-pajjiż, temmet tgħid Farrugia.