Il-Partit Laburista jispjega fi stqarrija li l-gvern għandu mandat biex ibiddel il-liġi tal-IVF. Din hi kwistjoni ta’ prinċipju u għalhekk il-grupp parlamentari Laburista hu magħqud kollu kemm hu wara l-bidliet proposti.
Huwa fatt sfortunat li jidher li l-Oppożizzjoni m’ għandiex pożizzjoni ċara dwar prinċipji, bħal dak tal-ugwaljanza, li suppost ivvutat għalih meta vvutat għall-proposta tal-Gvern dwar żwieg indaqs.
Fuq kollox, wieħed ma jistax ikun insensittiv lejn persuni bi problemi ta’ infertilità u jgħid li m’hemmx għaġla biex isiru l-bidliet.
Il-Partit Laburista iħares ‘il quddiem biex dawn il-bidliet jiġu diskussi u jitwettqu, u mill-ġdid il-poplu jara min lest jieħu deċiżjonijiet bla ma jfarfar fil-mument tal-prova.