Kont bla kliem u kienet esperjenza sabiħa ħafna li rbaħt f’pajjiżi.
Dan intqal mill-ġudoka Maltija, Katryna Esposito, li rebħet l-ewwel midalja għal Malta, fil-jum tat-Tlieta, waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, li qed isiru f’pajjiżna.
“Huwa ta’ unur kbir li ksibt din il-medalja peress li qegħdin Malta stess. Kienet esperjenza sabiħa ħafna, anki bis-sapport li kien hemm, bin-nies li kien hemm. Lanqas nista’ nispjegalek kif ħassejtni. Kont se nibda nibki u kien emozzjonanti ħafna.”
Katryna Esposito
Tkellimna wkoll mal-atleta Lisa Bezzina, li wkoll rebħet midalja tad-deheb għal Malta.
“Ifisser ħafna għalija, avolja erba’ snin ilu kont irbaħt tnejn tad-deheb fil-Montenegro, imma tal-bieraħ kienet tfisser ħafna għax kont qiegħda f’pajjiżi u l-atmosfera li kelli fit-trakka kienet veru wow.”
Lisa Bezzina
Iż-żewġ atleti Maltin tkellmu dwar is-sapport qawwi li kellhom mill-Maltin u l-Għawdxin meta rebħu dawn il-midalji għal Malta.
Dawn iż-żewġ atleti tkellmu wkoll dwar it-taħriġ li għamlu.
“Ippreparajna ħafna, jien u l-kowċ tiegħi. Kelli għajnuna kbira minn SportMalta, mill-Athletics Malta, u mingħand il-Kumitat Olimpiku Malti. Mingħajru ma kontx se nasal s’hawn. Kellna ħafna training camps.
Lisa Bezzina
“Kien hemm ħafna preparazzjonijiet, ħafna training camps u kompetizzjonijiet u, bis-sapport tal-Federation u tal-MOC, stajna mmorru għal dawn l-events kollha u naħseb li dan jgħin ħafna biex niksbu r-riżultati, mhux tiegħi biss, imma tat-tim kollu.”
Katryna Esposito
Aqra Aktar