Maneskin, il-band rock, li f’Mejju li għadda rebħu l-Eurovision Song Contest f’isem l-Italja, fuq il-midja soċjali ppublikaw ritratti tagħhom bla ħwejjeġ. Huma qed ixenqu lil bosta ammiraturi tagħhom, hekk kif fir-ritratti, għalkemm jidhru kompletament bla ħwejjeġ, madanakolu ma jidhrux kompletament għarwiena.

Ir-ritratti fuq il-profil uffiċjali tagħhom ta’ instagram bil-kitba ”Why so hot?” f’anqas minn 24 siegħa ġibed l-ammirazzjoni ta’ kważi żewġ biljun ruħ u aktar minn 17,000 kumment.

Fit-30 ta’ Settembru li għadda, fis-suq ħarġu l-biljetti għall-bejgħ ta’ bosta kunċerti li Maneskin ser jagħmlu fl-ewwel perjodu tas-sena d-dieħla, bl-ewwel wieħed ikun f’Londra, fi Frar li ġej.
