“Ir-rabta ta’ Jimmy Carter ma’ Malta hi relatata l-aktar mas-sena 1978. L-istorja kollha tibda fil-verità meta tela’ l-Gvern Laburista fl-1971 bis-sehem tal-Prim Ministru Mintoff. Dakinhar kienet li jinnegozja mill-ġdid il-ftehim tad-difiża u l-ftehim finanzjarju li l-pajjiż kellu mal-Ingliżi u li kien innegozjat qabel minn Ġorġ Borg Olivier.”
Mark Farrugia, studjuz u analista tal-Istorja
Dan u aktar fl-ewwel programm minn sensiela ġdida bl-isem ta’ ‘Bla Fruntieri’, ippreżentat minn Claudette Abela Baldacchino, fuq ONE TV u ONE Radio kull nhar ta’ Ħadd fl-għaxra ta’ filgħodu.
Mit-12 ta’ Jannar, ‘Bla Fruntieri’ se janalizza u jiddiskuti aħbarijiet internazzjonali, ġrajjiet kurrenti u l-impatt fuq pajjiżna ta’ dak li qed jiġri lil hinn minn xtutna.
Fil-fatt hekk kif, il-Ħamis li ġej, ħarset id-dinja ddur fuq il-funeral tad-39 President tal-Istati Uniti tal-Amerka, Jimmy Carter, ‘Bla Fruntieri’ se jkun qed jiddiskuti proprju dan, fost l-oħrajn.
Għalhekk b’intervista ma’ Mark Farrugia, studjuż u analista tal-istorja, se jkun qed jitkellem b’mod dettaljat dwar kif ġie ffirmat ftehim għan-newtralità ta’ Malta fis-seklu li għadda u kif Carter kien protagonist ewlieni biex seħħ dan.
Dan għaliex Carter għandu storja twila ta’ suċċessi fosthom f’pajjiżna u ntqal li se jibqa’ mfakkar għall-impenn tiegħu għall-paċi, ir-restawr tal-moralità u l-verità fil-politika u, wara l-irtirar tiegħu, bħala umanitarju.
Il-mewt tiegħu tħabbret jumejn qabel l-ewwel tas-sena fl-età ta’ 100 sena.