Analiżi teknika ġimgħa b’ġimgħa mill-ewwel xahar tal-amministrazzjoni Laburista, li b’rabta mal-prezz tal-fuel għażlet l-istabbiltà, turi kif f ’dan il-perjodu l-prezz tal-fuel f ’Malta kien aħjar minn dak medju fl-Unjoni Ewropea.
Għal 152 ġimgħa mill-aħħar tliet snin u għaxar xhur ilprezz medju tal-petrol f ’Malta kien irħas minn dak fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li fi tmienja minn kull għaxar ġimgħat il-konsumatur Malti ħallas prezz irħas mill-Unjoni Ewropea.
Fil-każ tad-diesel ilkonsumatur Malti ħallas prezz inqas f ’sitt ġimgħat minn kull għaxra. Biex il-prezz tad-diesel f ’Malta kien irħas f ’117-il ġimgħa. B’hekk din l-analiżi ġabet fix-xejn ukoll rapport fitTimes of Malta li l-konsumatur Malti ħallas iktar prezz tad-diesel.
Dan it-tagħrif huwa bbażat fuq informazzjoni li tippubblika ġimgħa b’ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea. Jirriżulta li minn April 2013, l-ewwel xahar sħiħ ta’ Gvern Laburista, il-prezz medju tal-petrol f ’Malta kien ta’ €1.38c. Dan filwaqt li fl-Unjoni Ewropea kien ta’ €1.44c.
Dan ifisser li f ’Malta l-petrol kien 6ċ, jew 4% inqas minn kemm kien fl-Unjoni Ewropea. Filkaż tad-diesel il-prezz kien bħal dak medju fl-Unjoni Ewropa b’€1.29ċ. L-istess tagħrif juri li sa mill-ewwel xahar ta’ din l-amministrazzjoni l-prezz tal-petrol naqas bi 13% u dak tad-diesel b’16%.
Fl-Unjoni Ewropea l-prezz niżel bi 12%. Dan juri li l-politika talGvern ħalliet il-frott. Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti l-prezz tal-petrol u tad-diesel żdied b’36% u 37% rispettivament. Dan meta ż-żidiet fil-Unjoni Ewropea kienu ferm inqas; 21% u 17% rispettivament.