Il-miżura tal-in-work benefit waslet biex mill-2014, dawk li huma dipendenti fuq l-assistenza soċjali naqsu bin-nofs.
Dan intqal mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali Mark Musu waqt il-bullettin tas-7:30pm ta’ ONE.
Is-Segretarju Permanenti spjega li l-miżura tal-in-work benefit kien benefiċċju li beda fl-2015 u dan jagħti l-għajnuna lil dawk il-ġenituri li jaħdmu u li għandhom tfal taħt it-23 sena, li huma dipendenti fuq il-ġenituri għax għadhom jistudjaw.
Waqt din l-intervista, Musu qal li għal Budget għas-sena d-dieħla hemm żewġ miżuri b’rabta ma’ dan il-benefiċċju.
Huwa spjega kif twessgħet din il-miżura biex igawdu iżjed persuni.
Musu spjega kif din il-miżura waslet biex eluf ta’ nies daħlu fid-dinja tax-xogħol u naqas il-faqar.