L-attivist Bjorn Formosa se jkollu jagħmel operazzjoni li biha jista’ jkun li jibqa’ pparalizzat u ma jkunx jista’ jikkomunika u jispiċċa ‘priġunier f’ġismu’
Dan wara li l-muskoli tal-pulmun marru għall-agħar, u konsegwentament in-nifs tiegħu qed ibati.
L-operazzjoni mistennija ssir fit 3 ta’ Settembru li ġej. Formosa qal li ma kinitx faċli għalih li jasal għal din id-deċiżjoni, għaliex skont hu, l-ebda triq ma fiha soluzzjoni sabiħa. Madanakollu saħaq li jekk ma jagħmilx din l-operazzjoni, imut.
Formosa ilu jbati mill-ALS mindu kellu 28 sena, u f’Novembru li għadda, il-ħolma tiegħu li tinfetaħ dar għal persuni li jbatu minn din il-marda, saret realtà