Bjorn Piscopo huwa ż-żagħżugħ li lbieraħ ħa xokk elettriku meta kien għaddej b’xi xogħol ta’ manutenzjoni.
Huwa għadu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, fejn għadu f’kundizzjoni kritika.
Il-każ seħħ ilbiraħ fi Triq il-Ġdida f’Raħal Ġdid fis-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, fejn il-Pulizija sabu lil Piscopo.
Huwa ingħata l-ewwel għajnuna medika minn tabib li jgħix viċin tal-vittma, liema għajnuna kienet strumentali sabiex ma jitlifx ħajtu.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.