Il-Fundatur ta’ ALS Malta, Bjorn Formosa żar l-iskola Mariam Albatool sabiex joħloq għarfien dwar il-kundizzjoni tal-ALS u kif ukoll sabiex ikompli jiġbor fondi għad-dar li se tkun apposta għal pazjenti tal-ALS.
Waqt din iż-żjara, Bjorn tkellem dwar il-bżonn ta’ kuraġġ li wieħed irid ikollu waqt mumenti diffiċli u li persuna għandha tfittex is-sapport meta tiġi fil-bżonn. Messaġġ li ntlaqa’ tajjeb mill-Imam, Muhamed Elsadi, u l-Kap tal-Iskola Kenneth Busuttil, fejn irringrazzjaw lil Bjorn talli qasam l-esperjenzi tiegħu mal-istudenti.
Qabel din l-attività, ittieħdu numru ta’ inizjattivi fejn inġabar l-ammont ta’ €2,000 b’riżq l-ALS Malta. Dawn il-fondi se jkunu qed ikomplu jgħinu lil pazjenti li għandhom l-ALS.
Kienet ġurnata sinnifikattiva fejn ħareġ ċar li fejn jidħol mard u bżonn l-għajnuna, m’hemmx konfini ta’ reliġjon.