Bjorn Formosa, il-fundatur ta’ ALS Malta qal li qiegħed iħossu aħjar wara li matul il-jum tat-Tnejn saritlu operazzjoni diffiċli fl-Isptar Mater Dei.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Bjorn tella’ ritratt tiegħu fuq is-sodda flimkien ma’ martu Maria. Qal li kien għadu kif qam mill-operazzjoni u qiegħed iħossu aħjar.
Huwa żied jgħid li minn għada se jkompli bil-ħidma tiegħu biex jiftaħ dar oħra għall-persuni li jbatu bil-marrieda qerrieda tal-ALS.