Il-Membri tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli u Marlene Mizzi nnominaw lil Bjorn Formosa għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.
Fuq Facebook, l-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli qalet li flimkien ma’ Mizzi nnominawh għal dan il-Premju bħala ringrazzjament għax-xogħol li jagħmel.
Innotat kif fl-età ta’ 28 sena, Bjorn sar jaf li għandu l-ALS u minflok qata’ qalbu, iddedika l-ħin tiegħu biex mhux biss waqqaf l-ALS Malta u Dar Bjorn, imma waqqaf ukoll programm ta’ riċerka biex jiżdiedu l-għarfien u r-riċerka fil-qasam.
Dalli temmet tgħid li Bjorn huwa eroj Malti li qed iħalli warajh legat li se jagħmel differenza fid-dinja.
Fi tweet, l-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi qalet li x-xogħol li qed jagħmel Bjorn għandu jiġi rikonoxxut u ppremjat.
We nominated @bjornformosaals for the European Citizens’ Prize to thank him for all his amazing work! Bjorn is a true #Maltese #Hero and must be recognised and honoured! #ALS #ECP2018 @Miriamdalli
— Marlene Mizzi, MEP (@MarleneMizzi) February 23, 2018