Bjorn Formosa li qed jaffaċċja l-kundizzjoni serja tal-ALS, stqarr fuq is-sit soċjali facebook li l-kundizzjoni tiegħu daħlet f’fażi oħra, fazi li taffetwa l-muskoli u li kawża tagħha Bjorn ma jistax jiekol aktar.
Huwa spjega li issa jista’ jiekol biss permezz ta’ gastronomy tube u li l-muskoli qed ikomplu jiddgħajfu.
Bjorn jinsab l-isptar Mater Dei propju biex jagħmel operazzjoni biex ikunu jista’ jiekol minn dan it-tubu apposta. Huwa stqarr li mhux se tkun faċli għalih li jiekol mingħajr togħma, “iżda jkolli nżid dik ukoll fil-lista” temm jgħid iż-żagħżugħ.
Huwa qal li l-ħin tiegħu qed jispiċċa u għalhekk jeħtieġ li fil-jiem li ġejjin ikompli jaħdem biex pazjenti oħra tal-ALS ikollhom iċ-ċans li jsalvaw.