Bjorn Formosa, il-Fondatur tal-Fondazzjoni ALS ingħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2018. Dan il-premju li jirrikonoxxi xogħol eċċezzjonali fl-istpirtu tal-valuri Ewropej kif ukoll il-ħidma ta’ dawk li permezz tal-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum ikunu qed isaħħu l-valuri, ingħata minn ewroparlamentari Roberta Metsola, Marlene Mizzi kif ukoll Miriam Dalli.B’reazzjoni, Bjorn Formosa qal li ser jiddedika dan il-premju għal dawk in-nies kollha li għenuh jibdel il-ħolma tiegħu f’realta. Esprima s-sodisfazzjon tiegħu li b’din l-għajnuna, instabu soluzzjonijiet li tejbu s-sitwazzjoni ta’ ċertu nies li ma setgħux jgħixu waħedhom.
Is-Sur Formosa kif innominat mill-Ewroparlamentari Laburisi Miriam Dalli u Marlene Mizzi lhiema nominat ġiet appoġjata minn Ewroparlamentari oħra Maltin.