L-awtoritajiet Griegi bagħtu forzi speċjali, timijiet ta’ salvataġġ kif ukoll apparat ta’ emerġenza fuq il-gżira ta’ Santorini bħala prekawzzjoni wara li ġew irreġistrati mijiet ta’ theżżiżiet sismiċi fl-akwati.
Dan wara biża li jista’ jseħħ terremot kbir u jikkawża tsunami. Filfatt ir-residenti kienu avżati biex jevitaw il-kosta u binjiet antiki, ibgħattlu s-swimming pools u li jevitaw iffullar f’postijiet magħluqa. Il-Ministeru tal-Protezzjoni Ċivili ħabbar ukoll li llum l-iskejjel kienu se jinżammu magħluqa bħala prekawzzjoni.
Fl-aħħar 48 siegħa, l-attività sismika fil-Ġreċja kienet waħda konsiderevoli u drammatika bil-maġġoranza tat-theżżiżiet jitkejlu 4 u 4.5 fuq l-Iskala Richter bl-aktar qawwija jkunu dawk fl-ibħra bejn Santorini u Amorgos. Santorini, apparti li hija waħda mill-aktar gżejjer popolari tal-arċipelagu Grieg fejn tattira madwar 3.5 miljun turist fis-sena, hija wkoll is-sit tal-akbar eruzzjoni vulkanika qatt irreġistrata fl-istorja.
Miżuri simili ittieħdu fuq Amorgos kif ukoll Ios u Anafi.
Id-dipartiment tal-ivjaġġar tar-Renju Unit avża sabiex jekk jista’ jkun it-turisti jevitaw li jivjaġġaw fl-akwati.