Wara l-attakki terroristiċi f’Pariġi, tkompli l-ħidma tal-Pulizija hekk kif il-pajjiż għadu fuq allert. Il-Pulizija arrestat żewġ persuni wara li nstabet karozza mimlija ċilindri tal-gass f’Pariġi.
Il-vettura ma kinitx reġistrata, u nstabet fejn il-Katidral ta’ Notre Dame. Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li dawn iċ-ċilindri tal-gass kienu qegħdin f’din il-karozza bħala parti minn prova ta’ attakk terroristiku.
Iż-żewġ persuni arrestati kienu segwaċi tal-estremisti Iżlamiċi. Is-sid tal-karozza kien interrogat mill-Pulizija iżda inħeles wara ftit ħin, filwaqt li bintu nżammet mill-Pulizija għall-interogazzjoni hekk kif hija wkoll magħrufa bħala segwaċi tal-estremisti Iżlamiċi.