Skont rapport tal-Gvern Ingliż, persuni fanatiċi parti mill-ISIS għamlu theddid dirett relatat ma zoni turistiċi Spanjoli. Dawn huma zoni frekwentati ħafna minn turisti Ingliżi. Qed ikun irrapportat li t-theddid inkiteb fuq mezzi soċjali, u qed jikber it-tħassib għax il-grupp qed iqabbad tradutturi tal-lingwa u ġiħadisti barranin biex jiktbu dawn it-tip ta’ messaġġi b’lingwi differenti. Id-dokument Ingliż jgħid li l-ISIS bdew ifittxu estremisti li jafu jitkellmu bl-Ispanjol is-sajf li għadda.