Fl-istat ta’ Texas fl-Istati Uniti, li bħalissa jinsab iddominat mill-uragan Harvey, teżisti l-biżà li minħabba fih, impjant kimiku viċin il-belt ta’ Houston, jisplodi jew jieħu n-nar.
Kawża tal-maltemp kbir li ħakem il-belt, l-impjant Arkema tilef il-kapaċità li jżomm il-kimika f’temperatura baxxa – bl-analisti jgħidu li m’hemmx mod li jipprevenu splużjoni jew nar.
Sa issa minn tal-anqas tlieta u tletin persuna kienu rrappurtati li tilfu ħajjithom minħabba d-diżastru li qed iħalli l-maltemp.
Sadanittant, l-Uffiċċju Nazzjonali tat-Temp Amerikan niżżel il-livell tal-maltempata Harvey minn uragan għal maltempata tropikali, u bassar li se tinżel aktar xita f’Texas u Louisiana.