Bi tberik tal-laneċ, ingħata bidu għall-istaġun tal-Lampuki.
Fix-Xatt ta’ Marsaxlokk, is-sajjieda dehru lesti għall-istaġun li jmiss tal-ħuta ferm imfittxija fis-suq Malti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq lanċa u f’dawra max-xatt, il-Kappillan ta’ Marsaxlokk Luke Seguna bierek l-opri tal-baħar tas-sajjieda Maltin.
L-istaġun għas-sajda tal-lampuki jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Diċembru.
Preżenti għat-tberik kien hemm ukoll il-Ministru reponsabbli mill-qasam Anton Refalo.