L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA, qalet li is-suppliment li l-Gvern qed jagħti lill-kumpaniji għall-ħlas tal-pagi se jgħin biex bosta ħaddiema fis-settur turistiku jżommu xogħolhom.
Dan kien is-sentiment li bih il-President tal-MHRA Tony Zahra rreaġixxa għad-diskors tal-budget 2021.
Zahra laqa’ wkoll l-estensjoni tal-vouchers ta’ mitt ewro, li fi kiemu kienu suċċess kbir fl-ewwel ħarġa tagħhom.