“L-istat mhux qed hemm biex jgħid lill individwu x’jagħmel imma l-individwu għandu jkollu kontroll ta’ ħajtu”.
Ħsieb li kkomunikah fiż-Żurrieq il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jitkellem dwar il-fatt li dan il-Gvern introduċa u wettaq il-liġi tal-IVF. Dwar din, Joseph Muscat qal “kemm jien kuntent bir-rata”.
Infatti, skont rapport annwali għall-2016 tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, tul is-sena li għaddiet f’pajjiżna sar 273 ċiklu ta’ IVF, li 202 minnhom saru Mater Dei. Dawn iċ-ċikli rriżultaw f’64 tqala, li minnhom seba’ ommijiet sofrew korriment, 14 kellhom tarbija, u 43 għadhom qed jistenenw tarbija.
“Ħaddieħor” qal Joseph Muscat, ma daħħalx din il-liġi minħabba “raġunijiet ideoloġiċi” jew inkella għax ried il-kontroll fuq ħajjet in-nies. “Għenna tant koppji li issa, bis-saħħa tagħna, għandhom l-ulied” stqarr Joseph Muscat, u żied jgħid li hemm bżonn aktar eżaminazzjoni xjentifika dwar ir-riżultati ta’ din il-liġi, biex aktar koppji jkunu jistgħu jgawdu.