F’Birżebbuġa għadu kemm twaħħal automated external defibrillator (AED), apparat li jista’ jsalva ħajjet persuna f’każ ta’ inċident jew emerġenza.
L-AED twaħħal mal-bini tal-latrina biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ, li sar fuq talba li għamlet l-Għaqda Sajjieda Dilettanti Birżebbuġa, huwa t-tielet wieħed ġewwa l-lokalità li matul is-sajf tara l-popolazzjoni tagħha tirdoppja. It-Tnejn l-oħra jinsabu fil-piċċ tal-waterpolo u fil-ground tal-Windmills.
F’kummenti ma’ one.com.mt il-Viċi Sindku Scott Camilleri qal li dan l-appart ġie nstallat bħala parti minn strateġija tas-saħħa u s-sigurtà fil-lokal li qed jimplimenta l-Kunsill Lokali.