Birkirkara sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 minn Gudja United, b’dan ikun is-sitt draw staġjonali għal Gudja.
Kienu l-Isttrpeos li ħarġu fuq l-offensiva u fl-ewwel minuta Yannick Yankam venven xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ġie mblukkat mill-goalkeeper ta’ Gudja, Sozer.
Huma komplew fuq l-offensiva u fid-disa’ minuta Mariani kellu freekick li ġie salvat bla wisq diffikultá minn Sozer.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Birkirkara u fis-17-il minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Andrei Ciolacu ġie devjat f’corner minn Armando Melo.
Gudja wieġbu għall-ewwel darba fit-22 minuta meta Toure avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda kellu t-tentattiv tiegħu salvat bla diffikultá mill-goalkeeper Karkariż, Marcel Zapytowski.
Huma resqu viċin li jiftħu l-iskor ħames minuti wara meta Matias uchardii kellu xutt li għadda jħakkek mal-wieqfa. Huma komplew jippressaw u fit-42 minuta fetħu l-iskor meta SANTIAGO ANGULO żmarkat tefa’ l-ballun wara Zapytowski.
Fil-ftuh tat-tieni taqsima Birkirkara ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta, Ciolacu ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Sommer b’dan tal-aħħar isalva tajjeb.
Fil-61 minuta Maxuell Maia kellu t-tentattiv tiegħu mdawwar f’corner minn Sozer.
Fl-74 minuta Maraini dejjem għalI-Istripes kellu xutt mid-distanza li ġia salvat bla diffikultá minn Sozer.
Żewġ minuti wara Birkirkara pprotestaw għall-penalty meta Karl Micallef deher iwaqqa’ lil Maxuell Maia fil-kaxxa iżda r-referew Malcolm Spiteri ħalla l-logħob għaddej.
Izfa fit-78 minuta l-Istripes ma kellhomx jiġu mċaħaħda minn penalty b’ANDREI CIOLACU ma jfallix.
Fid-90 minuta, Birkirkra qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għaliom il-player James Nichoals Agius permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ikrah li wettaq f’nofs il-ground, fejn rimarkabbli huwa l-fatt li dan il-player kien ilu inqas minn minuta fil-ground.
Referee: Malcolm Spiteri
BOV Player tal-Logħba: Andrei Ciolacu