Birkirkara kellhom jitħabtu biex kisbu rebħa ta’ 1-0 kontra Naxxar Lions biex komplew jikkosnsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika bi 28 punt.
Kienet rebħa kollox ma’ kollox meritata għal Birkirkara, madankollu wieħed ma jrid ineħħi xejn mill-mertu ta’ Naxxar li ħabbtu lil Birkirkara tul id-90 minuta.
Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu fit-tieni minuta fejn xutt ta’ Gustavo Barbosa Santos ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Taljan tal-Istripes, Giacomo Volpe. Birkirkara wieġbu fit-22 minuta meta Maicon kellu x-xutt tiegħu slavat bi bravura mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Naxxar Luons, Matthias Debono.
Fl-24 minuta, Nikolai Micallef li kellu logħba mill-aqwa għal naxxar ra x-xutt b’saħħtu tiegħu jintemm barra. Fit-37 minuta, Matthias Debono dejjem ghal Naxxar reġa’ kien attent meta ippanċja f’sigurtá freekick ta’ Maicon.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar ħarġu ferm aggressivi fil-61 minuta xutt ta’ Nikolai Micallef intemm barra biex seba’ minuti wara kienu sfortunati li laqtu l-lasta minn daqqa ta’ ras tas-solitu Nikolai Micallef. Fit-80 minuta Matthias Debono li qed ikollu staġun mill-aqwa, reġa’ kien attent meta dawwar f’corner xutt b’saħħtu ta’ Maxuell Maia.
Sitt minuti wara, Birkirkara fetħu l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa meta minn azzjoni ta’ corner mil-lemin, MAXUELL MAIA kien fil-post it-tajjeb u mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fid-90 minuta, is-sostitut Andrea Zammit ta’ Birkirkara kellu t-tentattiv tiegħu salavat minn Matthias Debono, bl-Istripes ikomlu jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Alex Johnson
Plejer tal-Logħba: Nikolai Micallef ta’ Naxxar Lions