Birkirkara FC kitbu paġna ġdida fl-istorja tagħhom u tal-futbol Malti meta rnexxilhom jgħaddu għat-tielet rawnd tal-UEFA Europa League. It-tim Karkariż għeleb lit-tim ferm iżjed kwotat minnhom ta’ Hearts ġewwa l-Iskozja bl-iskor ta’ 2-1. Ġimgħa ilu, Birkirkara spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-istess Skoċċiżi fil-Hibernians Stadium, biex b’hekk kienu Birkirkara li għaddew b’aggregate ta’ 2-1.
Kienu Birkirkara li marru 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Christian Bubalovic u Edward Herrera biex Conor Sammon naqqas il-marġni għal Hearts. Is-sena l-oħra, Birkirkara wkoll kienu ferm viċin li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni meta kienet biss il-lotterija tal-penalties li eliminat lil Birkirkara kontra t-tim mill-Premier League Ingliż ta’ West Ham. Birkirkara issa jiltaqgħu fit-tielet rawnd kontra r-Russi ta’ Krasnodar. Din hija l-aħħar rawnd qabel il-fażi tal-gruppi. Kif hu mistenni l-partitarji Karkariżi jinsabu f’dellirju għas-suċċess miksub mill-benjamini tagħhom.
Jiċċelebraw wara l-logħba